Description
James Grech, it-tabib maħbub u rispettat ferm mill-klijenti tiegħu, huwa ferħan se jtir li se jiżżewweġ lill-maħbuba tiegħu Christine.
Ftit ġimgħat biss wara ż-żwieġ tagħhom, propju fis-16 ta’ Lulju 1981, hija tinstab mejta u t-Tabib Grech jeħel piena ta’ tnax-il sena ħabs b’xogħol iebes għall-allegatament qtil ta’ martu.
Fil-perjodu li jqatta’ l-ħabs, fejn għoddu jiddispra u jitlef kull tama li qatt kellu, jipprova jasal għall-konklużjoni ta’ min seta’ qatel lil martu, u fuq kollox, għaliex.
Huwa jinsab kważi konvint li s-suspettati ewlenin huma tnejn: jew ħuh Raymond, li qatt ma kellu grazzja ma’ Christine, jew Stephanie, in-ners li kienet taħdem miegħu u li kienet iffissata fuqu.
Ir-realtà ta’ verament x’ġara lil martu, madanakollu, hija ferm differenti minn kif kien jaħseb it-Tabib Grech.