L-Arja Xitwija

9789918202164
Paperback

Description

Marjanna u oħtha Rakela, wara li missierhom abbandunahom, tilfu wkoll lil ommhom meta kienu għadhom żgħar. Rakela trabbiet man-nanna, filwaqt li Marjanna spiċċat f’orfanatrofju mmexxi mis-sorijiet li kienu jħobbuha ħafna.

Hemm Marjanna għaddiet minn trawma kerha li baqgħet iġġorrha magħha saħansitra wara li żżewġet lil Sandro. Sadattant, Rakela żżewġet lil Alex, li kien ħu Sandro. Sandro u Alex kienu wlied Victoria, armla ta’ Tonio. Fin-nofs tidħol Antonella, qaddejja mal-familja ta’ Victoria …

X’kienet it-trawma li għaddiet minnha Marjanna?
X’kien sar minn Rakela?
Għaliex kien hemm il-biża’ li ż-żwieġ bejn Sandro u Marjanna seta’ jfalli?
Kif tidħol fil-ġrajja Antonella?
Min kien tabilħaqq missier Benjamin?
Sandro x’sigriet xtaq iġorr miegħu sal-qabar?

It-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet il-qarrej se jsibhom fil-paġni ta’ dan il-ktieb; rumanz ieħor mill-isbaħ ta’ Alfred Massa, rumanz b’tema soċjali u kontemporanja. Huwa għoxrin rumanz ta’ dan il-kittieb, meqjus minn bosta kritiċi u qarrejja bħala wieħed mill-aħjar rumanziera Maltin ta’ żminijietna.

Additional information

Weight 310 g
Dimensions 20 × 13 cm
Author
Cover
Language Maltese
Publisher
Year of publication
Pages 258
ISBN 9789918202164

Product categories and tags

SKU: 9789918202164 Categories:

You may also like…