Description
Ambjentat fuq element soċjo-politiku, dan ir-rumanz jeħodna fi żmien l-aktar movimentat fl-istorja ta’ pajjiżna: il-perjodu ta’ meta ltaqgħet l-Assemblea Nazzjonali fis-7 ta’ Ġunju,1919, is-snin li fihom rajna tibda titħaddem il-Kostituzzjoni tal-1921 bi Gvern Responsabbli, u l-era tal-faxxiżmu meta l-Italja faxxista ppruvat tinfiltra fostna permezz tal-kultura Taljana. Kien minn dak iż-żmien tal-qawmien nazzjonali li beda jinżass it-tqanqil tal-Moviment Soċjalista.
Ir-Rumanz jiġbor fih fost oħrajn, ġimgħa ta’ erbgħa minn nies li mill-kenn tad-dar ta’ wieħed minnhom ħarġu fil-beraħ biex ixandru t-tagħlim soċjalista u jikkumbattu kontra l-faqar. L-injoranza u l-miżerja li fihom kienet għadha mgħaddsa l-klassi tal-proletarjat. Sabu għawġ, proċess u manikomju. Dan kien Qabel Telgħet ix-Xemx.