Il-Kittieb

978-99957-380-5-1
Paperback

In stock

Description

Qatt fl-istorja tal-Knisja Kattolika ma ħakem taħwid bħal dan. Seba’ ġimgħat wara l-mewt tal-Papa Pawlu Sebgħa, is-siġġu tas-Suċċessur tiegħu kien għadu vojt. L-Isqfijiet u l-Kardinali ma setgħux jaslu għal ftehim dwar il-Papa l-ġdid.

Christopher Doversmith, awtur fallut, li kien lest ikisser id-dinja biex jirnexxi, flimkien ma’ martu Marianne u ibnu Malcolm isib ruħu Ruma f’dan it-taħwid.

Philip u Katja Denver jinġibdu lejh mill-ewwel, ma jiqfux ifaħħruh. Bejniethom tibda ħbiberija intima. Marianne tintebaħ li Chris kien qed jikseb il-fama li xtaq iżda l-bidla li seħħet fih kienet waħxija wisq biex temminha u taċċetaha. Fi ftit ġimgħat Christopher Doversmith taħaq l-ambizzjoni tiegħu iżda Marianne tilfitu darba għal dejjem.

Il-KITTIEB hu rumanz li jitlob maturità mill-qarrejja tiegħu. Ġrajja waħxija li taħfnek mill-bidu tagħha u treżżħek ma’ kull paġna sat-tmiem inkredibbli. Jekk temmen li jeżisti x-xitan, taqrah u tibża’, jekk ma temminx taqrah u tibdel fehmtek.

Additional information

Weight 395.0000 g
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher
Pages 276
ISBN 978-99957-380-5-1
Cover
Year of publication
Note It-Tieni Edizzjoni 2012

Product categories and tags

SKU: 9789995738051 Categories: