Description
Xejn mhu sejjer kif suppost fl-2020. Lanqas f’Malta. Id-dinja kienet donnha waqfet iddur fuq l-assi tagħha u ddeċidiet tagħmel fattiha.
Elizabeth għandha biss ħmistax-il sena, kif tista’ tibża’ mill-borra? Minflok, medhija tibbrawżja fuq il-Magna tikteb il-lyrics għad-diska l-ġdida tal-Jitterylemon, tfittex iktar dwar Fay Wray u King Kong, u tiċċettja ma’ Jamie fuq iċ-Chatterbox. u d-dinja ta’ Jamie ddur madwar l-isbejdbord xejn standard li dejjer jiġri fuqha, flimkien mal-isbejders l-oħra, ilesti ruħu għall-isfida kontra l-iskejters tas-Sulfarina li jirrenjaw fil-Glaskuppel ta’ Tal-Qroqq. Jekk tħares sew tinduna li hawnhekk, ukoll, xejn mhu sejjer kif suppost.