L-Ghanja Tac-Cinju u Il-Gnien Ta’ Esopu

978-99957-38-09-9
Paperback

In stock

Description

L-Għanja taċ-Ċinju

id-dramm li rebaħ il-Premju Francis Ebejer fl-2010

Fis-sena 399 q.k., tliet ċittadini ta’ Ateni – Meletu, Anitu u Lajkon – ressqu lil Sokrate quddiem il-qorti u xlewh li kien qed iħassar liż-żgħażagħ b’tagħlim qarrieqi kontra r-reliġjon – akkuża li kienet saret snin qabel minn Aristofani fil-kummiedja Sħab (426 q.k.). Kontra dawn l-akkużi Sokrate jiddefendi ruħu mingħajr suċċess, tant li l-ġurati jsibuh ħati u jikkundannawh għall-mewt.

Id-dramm, imsejjes fuq tliet testi Platoniċi u sorsi oħra, jirrikostruwixxi din il-ġrajja b’mod immaġinattiv biex joħroġ l-importanza ta’ dan il-karattru storiku u l-qawwa tal-messaġġ etiku tiegħu li dewa matul is-sekli u għadu validu sal-lum.

Il-Ġnien ta’ Esopu

dramm għat-tfal u ż-żgħażagħ

Kemm hi bogħod id-dinja tal-fantasija mid-dinja tar-realtà? Tista’ tkun ’il bogħod ħafna, imma tista’ tkun ukoll taħt imnieħrek, jew tefgħa ta’ ġebla wara l-kantuniera – kemm tagħlaq għajnejk u ssib ruħek fiha. L-iljieli xitwin jafu jkunu ideali għal xi vjaġġ maġiku lejn l-art tal-ħrejjef, l-aktar jekk jinxtegħlu żewġ xemgħat quddiem it-tieqa biex jarahom dak li jħobb jixxabbat mal-kampnari. Min fil-bidu jidher li ma jemminx fis-seħer tal-Ġnien, malajr isib ruħu fih u ma jkollu l-ebda xewqa joħroġ minnu biex jerġa’ lura mnejn telaq. Mill-banda l-oħra, xejn ma jrid biex xi ħadd jispira ruħu minn dak li jara u jisma’, u diffeċiedi li jikteb stejjer ġodda.

Additional information

Weight 195.0000 g
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher
Pages 112
ISBN 978-99957-38-09-9
Cover
Year of publication

Product categories and tags

SKU: GTCGTE Categories: