Description
Din l-antoloġija ta’ 20 storja qasira tiġbor fiha bosta suġġetti differenti li jvarjaw minn imħabba illeċita, delitt, pasturi tal-Milied sa ġrajja mnebbħa mill-Bibbja.
Aqraw dwar mara li għax tmur il-Belt fi Strada Stretta r-raħħala fejn toqgħod malajr ittimbrawha li kienet mara tat-triq. Iżda x’inhi l-verità?
Imbagħad hemm dak ir-raġel li skont eżami mediku ma setax ikollu tfal. Wara ħa x-xokk ta’ ħajtu meta sar jaf li fil-fatt kellu tlieta.
Il-kilba biex jilħaq f’kumpanija twassal impjegat biex jikkommeti delitt perfett b’mod mhux tas-soltu.
Niltaqgħu ma’ mara li tmur għand ġinekologu u wara ssib li tqarrqet għal kollox minn dak li kien eżaminaha.
Żewġ personaġġi mill-Bibbja jiltaqgħu bla mistennija f’laqgħa li kellha tkun deċiżiva aktar tard f’ħajjithom it-tnejn.
Raġel fl-aħħar mumenti ta’ ħajtu qabel imut ibierek lil martu u lill-ħabib tagħha li kienu jaqilbuhielu. Għaliex?
Novelli