Il-Kappillan ta’ Malta

Traduzzjoni ta' Wistin Born

9789993217541
Paperback

In stock

Description

Din hija storja ta’ mħabba qalbiena. Hija storja li titwieled u tikber waqt waħda mill-agħar – u l-isbaħ – żminijiet ta’ pajjiżna matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Hija storja ta’ qlub kbar fost taqtigħat bla qies. Hija l-istorja tal-ġens Malti u Għawdxi f’siegħa ta’ biża’ u qilla tal-għaġeb. Hija wkoll l-istorja tiegħek fost il-ħruxijiet u l-barkiet tal-ħajja. 
 
Il-Kappillan ta’ Malta hu wieħed mill-akbar epiċi tal-istorja nazzjonali tal-poplu Malti u Għawdxi. 
 
Miktub minn Ingliż ta’ tnebboħ artistiku kbir, Nicholas Monsarrat – li għex l-aħħar għaxar snin ta’ ħajtu f’Għawdex – u maqlub għall-Malti minn kittieb ieħor ta’ sengħa letterarja mill-aqwa, Wistin Born – l-awtur tas-Salib tal-Fidda – dan ir-rumanz jieħdok taħt l-aktar ħbit ħarex tal-bombi Faxxisti, jgħaddik mill-agħar qtigħ il-qalb ta’ nies imwerwra u mġewħa, iżda wkoll joħorġok għall-oħla rebħa tal-għaqal, il-qawwa u l-qlubija. 
 
Ippublikat għall-ewwel darba fl-ilsien Malti, dan ir-rumanz iżomm wieħed mill-aqwa postijiet ta’ ġieħ fil-letteratura tal-Gżejjer Maltin.
 
Editjat minn Mark Montebello. 

Additional information

Weight 740.0000 g
Dimensions 20 x 13 cm
Publisher
Pages 676
ISBN 9789993217541
Cover
Year of publication

Product categories and tags

SKU: 9789993217541 Categories: