Passjoni Semplici

Maqlub għall-Malti minn Toni Aquilina

9789995748807
Paperback

In stock

Description

Passjoni Sempliċi
ta’ Annie Ernaux – traduzzjoni annotata ta’ Toni Aquilina
“Il-fatt li A. stranġier kien jagħmel ferm aktar improbabbli kwalunkwe interpretazzjoni ta’ mġibtu, imsejsa kif kienet fuq kultura li tagħha kont naf biss l-aspett turistiku, il-klixejiet. Għall-ewwel ħsibt naqta’ qalbi minħabba l-limiti evidenti biex inkunu nistgħu nifthemu bejnietna, imsaħħin mill-fatt li, jekk hu kien jesprimi ruħu bil-Franċiż mhux ħażin, jien ma konts naf nitkellem b’ilsienu. Imbagħad dis-sitwazzjoni kienet teħlisni mill-illużjoni li nemmen f’xi tip ta’ kommunikazzjoni perfetta bejnietna, biex ma ngħidx li nsiru ħaġa waħda. Billi kien hemm naqra ta’ qabża bejn il-Franċiż tiegħu u l-użu kurrenti tal-lingwa, billi xi minn daqqiet kont niġi bejn ħaltejn dwar it-tifsira li kien jagħti lil xi kelma jew oħra, jien kont kull ħin u kull mument inqejjes biex nara xi jkun irid jgħid bejn wieħed u ieħor. Kelli l-privileġġ ngħix sa mill-bidu nett, kontinwament, b’għajnejja miftuħin beraħ, dak li dejjem tispiċċa biex tiskopri b’għaġeb kbir għalik u b’fixkla kbira fuqek – ir-raġel li tħobb int hu għarib.”

Additional information

Weight 100.0000 g
Dimensions 21.5 × 13.3 cm
Publisher
Pages 64
ISBN 9789995748807
Cover
Year of publication
Author

Product categories and tags

SKU: 9789995748807 Categories: Tags: