L-Ibleh

Ġużè Orlando
9789993217725
Paperback

Description

Edizzjoni ġdida ta’ L-Ibleh ta’ Ġużè Orlando, rumanz klassiku Malti maħruġ għall-ewwel darba fl-1948 li kien ilu għal xi żmien barra mill-istampa. L-aħħar edizzjoni kienet ħarġet fl-1985 bi studju ta’ Oliver Friggieri, li qed jiġi riprodott f’din l-aħħar edizzjoni, flimikien ma’ studju ġdid ta’ Mark Vella. Il-ktieb  sar bl-għajnuna tal-Fond għall-Ktieb Malti tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, li fetaħ fergħa ġdida tal-fond għall-pubblikazzjoni mill-ġdid tal-klassiċi Maltin.

Bi proġett grafiku ta’ Luca Cauchi li jerġa’ jżur il-qoxra oriġinali b’disinn tal-karikaturista ċelebri Alfred Gerada, L-Ibleh qed jerġa’ jiġi ppreżentat fi produzzjoni aħjar u xierqa għal żmienna, fejn jista’ jiġi introdott lil udjenzi ġodda kif ukoll f’edizzjoni ġdida u aġġornata għal min ġa jaf ir-rumanz. Xogħol li bosta jafuh u jitkellmu dwaru u li kien paradossalment nieqes mill-ixkafef għal tant żmien jerġa’ jieħu l-ħajja u jxandar l-innovazzjonijiet introdotti minn Orlando, fosthom in-narrazzjoni fl-ewwel persuna u idea ta’ karattru anti-erojku li wittiet it-triq, flimkiena ma’ xogħlijiet realisti oħra, għall-qċaċet milħuqa mill-moderniżmu.

L-Ibleh jibqa’ dokument storiku-letterarju importanti, xhieda tal-attività letterarja ta’ żmienu, iżda anki kumment inċisiv u dejjem attwali dwar il-politika u anki dwar l-individwu li jittanta jaħrab mill-ħsieb dominanti tal-kotra aljenata.

Additional information

Weight 270 g
Dimensions 21.5 × 13.5 cm
Author
Format Paperback
Language Maltese
Publisher
Year of publication 2022
Pages 208
ISBN 9789993217725

Product categories and tags

SKU: 9789993217725/ IBLEH

You may also like…