L-Għaġeb tal-Presepju

mis-sensiela "Leġġendi Maltin"

99932-7-018-0
Paperback

In stock

Description

Hjiel mill-Istorja ta’ Malta

Xi storiċi jgħidu li l-presepju beda fis-sekklu IV. Aktarx meta l-imperatur Konstantinu ġab minn Ġerusalemm biċċa mill-maxtura li fiha kien twieled Ġesù Bambin. Minn dak iż-żmien il-maxtura bil-Bambin bdiet tidher fil-knejjes.

L-ewwel presepju, kif nafuh aħna, sar fil-knisja ta’ Aracieli ġewwa Ruma. Fis-seklu XIII San Franġisk għamel presepju ħaj ġo grotta f’Gubbio. U ftit tas-snin wara d-drawwa tal-presepju waslet ukoll ġewwa Napli fil-knisja ta’ Santa Maria ad Presepe. Presepji oħra kienu jsiru mill-familji nobbli fosthom tar-Re Ferdinandu ta’ Napli.

F’Malta, il-presepju aktarx daħal fl-aħħar nofs tas-seklu XV. Fil-kunvent tad-Dumnikani tar-Rabat (Malta) għad hemm xi pasturi ta’ l-injam. U fil-kor tal-Katidaral ta’ l-Imdina hemm interzjata mill-iskultur Sqalli Cagini xena sabiħa tal-Milied. F’Għawdex fil-Bażilika ta’ San Ġorġ miżmum f’urna dekorata hemm il-Bambin tax-xemgħa li darba kien tal-Kan. G.P. Aguis de Soldanis. Dan hu aktarx l-istess Bambin li n-nobbli Giovanni Gourgion kellu fid-dar tiegħu tal-kampanja fl-inħawi tax-Xewkija.

Leġġendi Maltin

Additional information

Weight 40.0000 g
Dimensions 19.0 × 11.5 cm
Publisher
Pages 16
ISBN 99932-7-018-0
Cover
Year of publication
Note disinji: Cosimo Musio

Product categories and tags

You may also like…