Il-Kuluri ta’ Malta

mis-sensiela "Leġġendi Maltin"

99932-39-56-9
Paperback

In stock

Description

Hjiel mill-Istorja ta’ Malta

Fuq żmien l-Għarab f’Malta nafu biss dak li kitbu Ibn Khaldun, Ibn Ittar u kittieba Għarab fis-seklu XII. Jgħidu li Malta waqgħet taħt idejn l-Għarab fis-sena 871 u dawn baqgħu jaħkmu fuqha sa l-1091. El Himyari, imma, jgħidilna xort’oħra. Skond ir-rakkont tiegħu wara li Malta waqgħet taħt idejn l-Għarab, il-Maltin nsara telqu ‘l barra u Malta baqgħet bla nies għal kważi mitejn sena. Fis-sena 1020 reġgħet bdiet tiġi abitata. Fost l-ewwel nies li waslu kien hemm il-Berberi. Dawn bnew il-medina tagħhom fuq in-naħa ta’ fuq tal-belt Rumana. Lill-insara ħallewhom jgħammru fin-naħa t’isfel ta’ din il-belt antika. Dik il-ħabta, iżda, l-Ammiral Grieg Ġorġ ried jieħu ‘l Malta u jgħaqqadha ma’ l-imperu Biżantin. Biex dan ma jsirx l-Għarab ftiehemu ma’ l-insara u ma ħallewhomx jeħduha. Fis-sena 1091, il-Konti Ruġġieru, li sa dik is-sena kien ħa taħt idejh lil Sqallija kollha, ħabat għal Malta. Il-Maltin insara laqgħuh bil-palm waqt li l-Għarab misilma rreżistew qabel ma taw ruħhom b’mirbuħa. Taħt in-Normanni kull komunità ngħatat id-dritt li titmexxa bid-drawwiet, il-liġijiet u l-kuluri tagħha.

 

Additional information

Weight 40.0000 g
Dimensions 19.0 x 11.5 cm
Publisher
Pages 16
ISBN 99932-39-56-9
Cover
Year of publication
Note disinji: Cosimo Musio

Product categories and tags