Description
Hjiel mill-Istorja ta’ Malta
Fiż-żminijiet tan-Nofs in-nobbli u għadd ġmielu ta’ burgiżi kienu jgħixu fl-Imdina, il-belt il-qadima ta’ Malta. Il-bqija tal-poplu, aktarx nies foqra u bla sengħa, kienet toqgħod f’lokalitajiet imwarrba ‘l hawn u ‘l hinnfil-kampanja. Aktarx qrib xi għajn jew f’xi raħal, kollha bl-isem tagħhom. Quddiem isimhom, iżda, in-nies kienet daħħlet id-drawwa li jżidu l-kelma ‘ħal’. Mhux magħruf sewwa l-għala. Prof. Wettinger jgħid li kienet taqsira tal-kelma ‘raħal’, oħrajn li ġejja mit-Taljan ‘casal’. Xi filoloġi Għarab huma tal-fehma li l-ħal hi taqsira ta’ ‘maħal’ jew ‘maħalla’, li tfisser ‘villaġġ’. Fiż-żminijiet tan-nofs kienu ħafna l-ismijiet tal-postijiet li jibdew bil-‘żal’. Illum ħafna minnhom għebu. Fost dawn Ħal Millieri li ma fadal xejn minnu għajr kappella żgħira dedikata lil-Lunzjata.
Leġġendi Maltin