Description
Jien u Patri Elija mhux biss konna ngħixu fl-istess kunvent imma aħna t-tnejn nieklu fl-istess mejda ħdejn xulxin… u kull darba li jiġi lura mill-vjaġġi twal tiegħu, qabel ma jintasab bilqiegħda biex jiekol, ipoġġi ħdejn il-post tiegħi ktieb ġdid famant li għadu kemm ħareġ mill-istamperija.
Patri Elija kiteb u l-kotba tiegħu ġew tradotti b’diversi lingwi: barra bil-Malti u bl-Ingliż, Patri Elija għandu kotba bil-portugiż, biċ-Ċek, bit-Taljan u bis-Slovakk. Għaliex il-kotba ta’ Patri Elija jħajruk tiksibhom?
Jiena naħseb li l-istejjer li bihom jinqeda biex iwassal il-messaġġ tal-Vanġelu huma ġrajjiet mill-ħajja tagħna ta’ kuljum. Barra minn hekk il-kitba tiegħu hi mexxejja u sempliċi b’tali mod li taqraha u ma tgħajjikx; anzi tħajrek tispiċċa storja u tibda oħra sakemm tintebaġ li wasalt fl-aħħar storja tal-ktieb.
F’idejk għandek ktieb ieħor ta’ Patri Elija. Hemm xi sorpriża fih? F’kull ktieb ta’ Patri Elija dejjem issib sorpriżi ħewlin, interessanti u ġodda; dejjem tiltaqa’ ma’ stejjer li ssibhom qed jirrakkontaw il-ħajja tiegħek bis-sabiħ u bl-inqas sabiħ tagħha. (Patri Ġorġ Zammit OFM Conv. mill-preżentazzjoni)






