Description
SAN ĠUZEPP: DAMMA TA’ TALBIET huwa it-tieni minn sensiela ta’ kotba dwar dan il-qaddis li qed ikunuppubblikati bi tħejjija għas-sena 2020: meta se nkunu qed infakkru l-150 sena minn meta l-Papa Piju IX, fit-8 ta’ Diċembru 1870, iddikjara lil San Ġuzepp bħala Patrun tal-Knisja Universali.
San il-ktieb fih ġabra ta’ siltiet li matul is-snin inkitbu minn l-aqwa studjużi, riċerkaturi, teologi, dutturi tal-Knisja, Papiet u qaddisin oħra. Din il-ġabra ta’ siltiet hi xhieda oħra ta’ devozzjoni kbira lejn dan il-qaddis, devozzjoni mifruxa mad-dinja kollha. Din il-pubblikazzjoni ma tistax titqies bħala kompendju komplut ta’ kull ma nkiteb dwar San Ġuzepp, iżda hija ġabra vasta minn kotba bil-Malti, bl-Ingliż u bit-Taljan, hawnhekk ippreżentati kollha bil-Malti. Il-ħwieb tal-awtur hu li jagħti lid-devot ta’ San Ġużepp okkażjoni unika biex isir jaf aħjar li dan il-qaddis kbir u jitgħallem minnu.