Description
San Gużepp: Damma ta’ Talbiet huwa l-ewwel minn sensiela ta’ kotba dwar dan il-qaddis li qed ikunu ppubblikati bi tħejjija għas-Sena Ġużeppina 2020: meta se nkunu qed infakkru l-150 sena minn meta l-Papa Piju IX, fit-8 ta’ Diċembru 1870, iddikjara lil San Ġużepp bħala Patrun tal-Knisja Universali.
Dan il-ktieb fih ġabra ta’ talbiet li matul is-snin intirtu bil-fomm jew bil-kitba minn ġenerazzjoni għall-oħra. Din il-ġabra ta’ talb hi xhieda ta’ devozzjoni kbira lejn dan il-qaddis, devozzjoni mifruxa mad-dinja kollha. Din il-pubblikazzjoni ma tistax titqies bħala kompendju komplut tat-talb kollu ta’ San Ġużepp, iżda hija ġabra vasta minn kotba bil-Malti, bl-Ingliż u bit-Taljan, hawnhekk ippreżentati kollha bil-Malti. Il-ħsieb tal-awtur hu li jagħti lid-devot ta’ San Ġużepp ktieb li joffri ħafna mumenti sbieħ ta’ komunikazzjoni ma’ dan il-qaddis hekk kbir.