Description
Il-folla fi Pjazza San Pietru stenniet bil-ħerqa lill-Papa l-ġdid jixref mit-tieqa tal-Vatikan. Min kien dan Karol Wojtyla?
Il-Papa Ġwanni Pawlu II kien mill-Polonja iżda laqa’ lill-folla billi tkellem bit-Taljan. Kull fejn żar, in-nies marru bi ħġarhom biex jarawh u jsiru jafuh. Kien ibierek lit-tfal, jiltaqa’ maż-żgħażagħ u jixtieq iħoss it-tbatija tal-morda.
Il-Papa pprietka l-għaqda, il-paċi u l-maħfra.
Imħabbtu tibqa’ magħna tul iż-żminijiet…