Juan Mamo Ħajtu u Ħilietu

Hajtu u Hilietu

99932-17-08-5
Paperback

In stock

Description

Dan ix-xogħol ġdid ta’ Francis Galea, kittieb impenjat u ħabrieki li diġà tana fost l-oħrajn bijografija ta’ Guliermu Arena, kif ukoll studju dwar il-każijiet tas-“sedizzjoni” fis-snin tletin, jikkumplimenta u jikkompleta studju iqsar u aktar letterarju dwar Mamo li kien diġà ħareġ sieħbi l-Professur Oliver Figgieri.

Ix-xogħol ta’ Francis Galea jitfa’ dawl sinifikanti, anki b’sejbiet oriġinali, mhux biss fuq Ġwann Mamo iżda wkoll fuq il-kuntatti u l-ambjenti tiegħu, f’Malta u barra, l-influwenzi fuqu, u tiegħu fuqna. Joħroġ fl-aħħarnett id-dinamika kulturali, soċjoloġika u psikoloġika fl-emigrazzjoni Maltija, l-impatti fil-konfront bejn mentalità u oħra, u dan kemm fl-isfera Mediterranja kif ukoll f’dik trans-Atlantika, li Mamo jimraħ u jeċċella fiha.

Henry Frendo

Additional information

Weight 500.0000 g
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher
Pages 376
ISBN 99932-17-08-5
Cover
Year of publication

Product categories and tags