Description
Fil-ġranet tal-Milied kulħadd jiġi bżonn ħafna riċetti għall-okkażjonijiet sbieħ li nqattgħu flimkien mal-ħbieb u l-qraba. F’dan il-ktieb wieħed isib dak kollu li għandu bżonn meta jiġi biex jagħmel cocktail party, kif ukoll riċetti tal-ħelu għall-Milied. Minkejja li l-ktieb hu marbut ma’ dan iż-żmien partikulari tas-sena, ir-riċetti u l-informazzjoni li fih jistgħu jiġu adattati għal bosta okkażjonijiet differenti li jseħħu fi ħdan il-familja. Ir-riċetti tal-ħelu, li jinkludu kemm ħelu tradizzjonali kif ukoll modern, mhumiex diffiċli biex tagħmilhom.