Description
F’dan il-ktieb insibu ħafna ikel li nieklu fil-ġranet sħan tas-sajf, bħal insalati, ħelu u ġelati. Barra dan insibu taqsima importanti ħafna dwar id-dressings magħmulin minn taħlita ta’ ħwawar, żejt u ħall sabiex l-insalati jiġu aktar tajbin. Dawn ikomplu jżidu l-palat u jagħmlu l-platti sajfin aktar bnini. Dan il-ktieb jikkumplimenta l-ktieb li jmiss, Barbeques.