Description
L-għaġina ħelwa hija waħda mill-aktar għaġejjen importanti fil-kċina. Huwa importanti li taqra u tifhem tajjeb l-ingredjenti u l-metodu. Bl-għaġina ħelwa tista’ tagħmel ħafna ħelu sabiħ u anke tradizzjonali Malti bħall-figolla u s-sinizza. Barra dawn insibu diversi tipi ta’ ħelu ieħor. Għal din ir-raġuni, jiena għażilt l-għaġina ħelwa bħala l-ewwel ktieb tiegħi f’din is-sensiela. Nawguralkom kull suċċess minn dak li tistgħu takkwistaw minn dawn il-kotba.