Il-Maqluba

mis-sensiela "Leġġendi Maltin"

99932-7-020-2
Paperback

In stock

Description

Hjiel mill-Istorja ta’ Malta

Ftit wara li ġew jaħkmu fuqna l-Aragoniżi (1283-1530), il-gżejjer Maltin kienu bosta drabi mogħtija b’rahan lil nobbli Sqallin. Dawn kienu l-kastellani, nies għonja u setgħana. U, għalhekk, ftit kienu jaqblu mas-sidien fewdali li kellhom artijiet kbar ġo pajjiżna.

Fl-1321 Ġakbu, bin Frederiku III, ġie maħtur Logutenent ta’ dawn il-gżejjer. Dan kompla ħalaq fewdatarji ġodda. Nies li għenuhom bħal Artaldo ta’ Barba, pereżempju, li tah il-fewdi ta’ Tabrija u ta’ Gomerino.

B’hekk inħolqu żewġ partiti: il-Latini u l-Katalani. Il-Latini li kienu nobbli Sqallin u li riedu l-indipendenza ta’ pajjiżhom. Dawn kellhom rabtiet mal-Papa ta’ Ruma, li ma kienx iġib lill-Aragoniżi. U għalhekk kienu mgħejjuna finanzjarjament mill-Kurja Rumana. Il-Katalani kienu mar-Re ta’ Aragona u għalhekk lajċi u b’inqas rabtiet ma’ l-ekkleżjastiċi.

Din il-firda kienet ta’ spiss toħloq bejniethom piki, mibegħda, tpattija, u ġlied.

Leġġendi Maltin

Additional information

Weight40.0000 g
Dimensions19.0 × 11.5 cm
Publisher
Pages16
ISBN99932-7-020-2
Cover
Year of publication
Notedisinji: Cosimo Musio

Product categories and tags

You may also like…