Il-Ġimgħa Mqaddsa u l-Għid il-Kbir

Storja, Tradizzjonijiet, Devozzjoni u Folklor

9789995713867
Paperback

In stock

Description

Ngħid id-dritt, ippruvajna nidħlu fi profondità u f’wesgħa l-iżjed kbira. Bdejna bil-Karnival u spiċċajna bix-xalata u l-festa ta’ San Girgor. Ktibna fuq suġġetti tant differenti u varjati. Dawn jinkludu leġġendi tant sbieħ, fratellanzi li fihom missirijietna sabu l-mistrieħ tagħhom kemm reliġjuż u kemm soċjali. Żvilupp tal-arti statwarja, li hi storja tant interessanti li bla l-iċken dubju tagħti ħjiel tal-kobor artistiku tagħna l-Maltin, li għalkemm aħna poplu żgħir, xorta waħda aħna poplu ta’ ħiliet kbar tassew. Ippruvajna nagħtu firxa wiesgħa kemm stajna biex ix-xogħol tagħna jista’ jiġi apprezzat minn ħafna u ħafna nies minn kull qasam tal-ħajja soċjali u reliġjuża tal-poplu Malti. Ippruvajna nuru kemm jista’ jkun is-sbuħija u l-kobor ta’ poplu ċkejken li jemmen u jgħix il-fidi tiegħu. Il-poplu Malti hu poplu ta’ fidi kbira. It-tempji neolitiċi tagħna huma eżempju ċar ta’ din emmna li tgħaġġnet u ssawret f’mixja sħiħa ta’ storja li ma taqta’ qatt. Il-fidi tal-poplu Malti nsibuha fil-Kotba Mqaddsa li jagħtuna rakkont u b’liema ħeġġa l-poplu Malti taħt il-ħakma Rumana laqa’ fih id-din Nisrani. Storja ta’ Kristjaneżmu li ma qatgħet qatt saħansitra wkoll meta Malta kienet maħkuma mill-Mislem. Hu minnu li fi żmien din il-ħakma, il-Kristjaneżmu kien f’minoranza assoluta, marsus ġo gaġġa, l-aktar ġewwa Għawdex biex ma jinfluwenzax lil Misilmin, imma kien forza ħajja u forza kuraġġuża li baqgħet tgħożż id-din Kristjan u Nisrani fil-qalba tal-ħajja tiegħu. Meta wasal il-waqt opportun, dan id-din warrad, kiber, u reġa’ ħa l-ħajja. Minn din il-qawwa enerġetika ssawru l-leġġendi, il-folklor, id-drawwiet u d-devozzjonijiet, li fil-prinċipju tagħhom għadna ngħixuhom sal-lum u għadhom jagħmlu parti sħiħa fir-ruħ u fil-qalb Maltija li, għax hi Kristjana hi qalb ġeneruża u hi qalb mimlija ospitalità u valuri spiritwali li jagħmlu lill-poplu Malti poplu waħdieni, li ddistingwa ruħu fil-ġrajjiet u fil-ħajja tal-umanità.

Additional information

Weight 1050 g
Dimensions 29.5 x 21 cm
Author ,
Cover
Publisher
Year of publication
ISBN 9789995713867
Pages 240

Product categories and tags