Ġrajjiet il-Kliem: Qadim u Tekniku

Charles Briffa
9789990944907
Paperback

Description

Ġrajjiet il-Kliem: Qadim u Tekniku jwasslilna ġabra ta’ osservazzjonijiet, ħsibijiet, u kurżitajiet attwali fuq ilsienna. L-għan ta’ din il-ktieb huwa li juri, bil-varjetà li jipprovdi, kemm il-Malti huwa interessanti meta nifluh bir-reqqa u kemm nistgħu noqogħdu nfettu fit-tifsir bejn kelma u oħra biex nisiltu s-sens li jkollna bżonn.

Fil-vjaġġ tagħna biex infittxu l-ġrajja wara l-kelma nsibu ruħna f’artijiet ta’ ħsieb fejn il-Malti qatt ma mar qabel. U f’dawk l-artijiet tal-ħsieb nilmħu kultura u mentalità ta’ missirijietna li newlulna lingwa li tiswa mitqilha deheb għax tifrixilna skrin ta’ dehen u għaqal f’tiswiriet fil-moħħ.

Għaldaqstant, Ġrajjiet il-Kliem: Qadim u Tekniku jagħraf l-importanza tal-Malti bħala espressjoni tal-ħajja soċjali u storika tal-gżejjer tagħna. Din hija ħidma li tifhem il-Malti

  • bħala mezz ta’ transmissjoni għall-ġenerazzjonijiet il-ġodda,
  • bħala għajnuna għall-istorja tal-ġrajjiet tal-imgħoddi, u
  • bħala fehim tat-twemmin tal-antenati tagħna.

U fl-istess ħin dan ix-xogħol jipprova jwassal lill-qarrejja biex jifhmu li l-lingwa hija mezz ukoll ta’ espressjoni ta’ relazzjonijiet soċjali fl-ambjent tal-lum.

Additional information

Weight 450 g
Dimensions 21 × 14.9 cm
Author
Format Paperback
Language Maltese
Publisher
Year of publication 2023
Pages 302
ISBN 9789990944907

Product categories and tags

You may also like…