Imħabba Militanti: Charles Miceli

9789918202102
Hardback

Description

L-attivist li qatt ma nesa għeruqu

‘Charles, kif nafu jien, kien bniedem sieket, mistħi u riservat iżda kien jinkedd quddiem l-inġustizzji. Huwa ma kienx jaċċetta li n-nies li qegħdin fit-trufijiet tas-soċjetà jintrifsu. Bil-kitba tiegħu mingħajr kantunieri u bl-involviment tiegħu fil-qasam soċjali kien vuċi għall-fqir u l-batut. Imbierek min jiġi fid-dinja u jħalli xi ħaġa sabiħa warajh.’ – Mons. Victor Grech

‘Dan il-ktieb nibet mix-xewqa tagħna li nimbuttaw l-aġenda tal-ġustizzja soċjali, filwaqt li niċċelebraw il-ħajja ta’ wieħed mill-akbar promoturi tagħha. Charles Miceli, kebbies tal-fanal tal-ġustizzja soċjali, mhux biss dawwal lil ħaddieħor bi kliemu u kitbietu, iżda wkoll, b’mod mill-aktar konkret, xegħel ix-xemgħa tat-tama f’ħafna nies li ġew bżonnu personalment jew gawdew mill-attiviżmu soċjali tiegħu. Il-ktieb hu tifkira ta’ dan kollu.’ – Carmel Borg u Michael Grech

Jinkludi kitbiet ta’ Pauline Miceli, Alfred Sant, John Baldacchino, Sammy Meilaq, Michael Grech, Ivan Attard, Joe Gravina, Mary Grace Vella, carmel Borg, André Callus, Leonid McKay u Kurt Xerri.

Additional information

Weight 550 g
Dimensions 24.9 × 17.5 cm
Cover
Language Maltese
Publisher
Year of publication
Pages 180
ISBN 9789918202102

Product categories and tags

SKU: 9789918202102 Tags: