Bl-Għasluġ tal-Ħsieb – Dun Karm, La Jixjieħ u la Jmut

9789990944853
Paperback

Description

Dan il-ktieb, Bl-Għasluġ tal-Ħsieb – Dun Karm, La Jixjieħ u la Jmut, huwa mixja analitika ta’ ġieħ għax juri l-kisbiet kbar kreattivi u intellettwali tal-Poeta Nazzjonali. Dak li jippreżenta dan il-ktieb huma suġġerimenti ta’ kif il-poeżija Dunkarmjana tista’ taħdem fuqna. Dawn is-suġġerimenti mhumiex esklużivi, imma jistgħu jiġu ċċalinġjati jew jinbidlu; u forsi wkoll wieħed jista’ jibni fuqhom.

Jingħata nebħ ta’ kif wieħed jista’ jikkonċettwalizza għala nistgħu nsibu l-poeżija ta’ Dun Karm siewja għalina llum. Minn dak li qed jiġi ppreżentat, il-qarrejja għandhom jintebħu li l-qari u r-riċerka (li kull qarja titlob minnhom) huma alleati ta’ xulxin. Aktar ma wieħed isir jaf kif taħdem il-poeżija ta’ Dun Karm, aktar wieħed jinfetaħ għall-effetti li jista’ jkollha. B’qari rriċerkat, il-poeżija ta’ Dun Karm tistagħna u l-qarrejja jkunu aktar involuti fiha. Il-qari analitiku juri li l-letteratura ta’ Dun Karm tinqeda bl-użu ta’ lingwa, xbihat, u ideat li huma mirqumin u xirqin.

Il-poeżiji ta’ Dun Karm jinħassu li huma maħdumin bl-akbar sengħa, u bosta minnhom iwassluna għall-introspezzjoni għax iġagħluna naħsbu fuq il-ħajja b’mod differenti mis-soltu. Anki meta Dun Karm jibni poeżija fuq xi tensjoni, fiha naqraw ħjiel tal-kumplessità tat-tiġrib uman.

Għalhekk il-ġabriet tal-poeżiji tiegħu narawhom bħala għerf akkumulat
• fuq il-bniedem,
• għall-bniedem, u
• mill-bniedem

F’dan il-ktieb hemm traduzzjoni friska tal-“Jien u Lilhinn Minnu” għall-Ingliż li kienet inqrat u ġiet diskussa Londra f’seminar fuq “Maltese Literature in Translation” fit-13 ta’ Ottubru 2015, bħala parti mit-tnedija ta’ This Fair Land (Francis Boutle Publishers, London).

Il-Professur Charles Briffa għallem fl-Università ta’ Malta, u huwa kritiku letterarju, studjuż tal-Malti, u traduttur. Kiteb bosta kotba oħrajn fuq ix-xogħlijiet letterarji ta’ awturi Maltin. Ixandar ukoll ħafna sensiliet fuq ir-radju u t-televixin fuq il-lingwa u l-letteratura.

Additional information

Weight 230 g
Dimensions 21 × 15 cm
Author
Cover
Publisher
Year of publication
ISBN 9789990944853
Pages 132

Product categories and tags

SKU: 9789990944853 Tags: