Faċċati

Novelli

9789918202348
Paperback

Description

Novelli

Rakkonti li jqanqlu kurżità. Iwasslu sorpriżi.
Faċċati sempliċi u ordinarji li jaħbu komplessità profonda.
Faċċati li jostru esperjenzi ta’ diqa, ta’ ansjetà, ta’ weġgħa, ta’ dehxa.
Faċċati ta’ tiġrib, ta’ fixla, ta’ tensjonijiet, ta’ kunflitti, ta’ frustrazzjoni, ta’ illużjoni.
Faċċati-maskri ta’ tlellix, ta’ stonaturi, ta’ ipokresija, ta’ dgħufija, ta’ opportuniżmu.
Faċċati ta’ għajta maħnuqa ta’ protesta.
Faċċati wkoll ta’ mħabba, ta’ għożża, ta’ tama, ta’ simpatija, ta’ għoġba, ta’ sensittività, ta’ impenn.
Faċċati ta’ lwien mill-ħajja Maltija, bl-imġibiet kuntrastanti, bl-ironija, bl-egoiżmu, bit-tiġbid, bl-intriċċi, bil-qtugħ in-nifs ambjentali. Imma wkoll bil-waqtiet ta’ tbissima, ta’ għajnuna.

Faċċati li jwaħħluna magħhom:
– Juru l-ġmiel tal-kelma.
– Jisfidaw il-ħsieb.
– Iqanqlu riflessjoni u diskussjoni.
– Jipprovdu sigħat ta’ gost ta’ qari.

Additional information

Weight 360 g
Dimensions 21 × 14.6 cm
Author
Cover
Language Maltese
Publisher
Year of publication
Pages 272
ISBN 9789918202348

Product categories and tags

SKU: 9789918202348 Categories:

You may also like…