Description
Kull pajjiż fid-dinja huwa kburi bil-belt jew bliet tiegħu. Għax f’kull belt hemm xi stejjer li tajjeb ikunu irrakkontati.
Il-Belt Valletta f’pajjiżna mhux b’inqas. Is-swar ta’ din il-Fortizza Mediterranja raw storja ta’ poplu tinbena u tissaħħaħ minkejja d-diffikultajiet kollha. Il-Belt minna nfisha hi ġawhra li fiha seħħew bosta avvenimenti, nhux bilfors magħrufa, imma li jifformaw parti mis-sinsla tagħha. F’dan il-ktieb se taqraw stejjer u poeżiji iddedikati lil din il-Belt li offriet kenn u mħabba lill-Maltin ħutna u lill-barranin sħabna.