Description
Meta tibda taqra dawn l-istejjer jew rakkonti, faċli tinduna li kull wieħed u waħda minna ninterpretaw kull storja b’modi differenti.
Għalhekk Mitt Storja Mitt Fehma. Għandek mnejn illi diġa smajt xi wħud minn dawn il-mitt storja u jidhirlek li taf xi “jfissru”.
Iżda kieku kellek tirrakkontahom lil xi ħaddieħor, bħal ngħidu aħna xi ġirien jew familjari tiegħek, żgur tissorprendi ruħek kemm dawn l-istejjer joħolqu sentimenti differenti f’kull min jismagħhom. Dan għaliex għandhom aktar minn tifsira waħda.