Ħabib fil-bżonn

Sensiela 'Rumanz għaż-Żgħażagħ'

Paperback

Out of stock

Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

Stefan kien imdejjaq id-dar. Ommu kienet mitlufa tieħu ħsieb bintha marida, tant li anke l-missier telaq mid-dar. Il-ġuvnott kien ifittex il-ħbieb biex jedha u jinsa, iżda l-ħbieb li kellu ma kinux mill-aħjar, u flimkien daħlu f’ħafna nkwiet. Sakemm darba ltaqgħu ma’ Charles li ħajjarhom jieħdu sehem f’kompetizzjoni sportiva.

Bil-mod il-mod it-tlitt iħbieb ibiddlu ħajjithom, speċjalment meta fiċ-Ċentru ltaqgħu ma’ grupp ieħor ta’ żgħażagħ ħerqana li fejn jistgħu jagħmlu l-ġid. Saħansitra jibdew jgħinu anke lil dawk li kellhom bżonnijiet speċjali. Fl-istess ħin huma jkollhom għadd ta’ esperjenzi u avventuri interessanti, fosthom f’Għawdex u f’Messina.

Additional information

Weight 170.0000 g
Dimensions 19.5 × 12.5 cm
Publisher
Pages 152
Cover

Product categories and tags

SKU: 9789995783105 Categories: