Francis Galea

Francis Galea twieled il-Mosta fit-28 ta’ Jannar 1953. L-aktar xogħlijiet bikrija tieghu dehru fil-kotba Żerniq u Għabex (1971), Fid-Dlam id-Dawl (1971), u Dilemma (1972) kif ukoll fi ktieb ta’ poeżiji t’awturi barranin Kaleidoscope of Verses 1974, fl-Ingilterra. Fl-1975 ħareġ ir-rumanz Bugħawwieġ u t-tieni rumanz Erba’ Snin fl-1998. Fl-1983 daħħal xogħlijet fl-antoloġija Turġien waqt li fi tmiem l-istess sena ippubblika l-ktieb tal-poeżiji Kronokoppja bid-disinn tat-tpinġija ta’ Twanny Darmanin meta ż-żewġ artisti għamlu wirja. Galea u Darmanin reġgħu tellghu wirja bl-isem Elevation of Culture/Se Nwasslu fi Frar 1996.BDL Books - Francis Galea

Kitbiet oħrajn ta’ Galea dehru fil-ktieb Il-Gżejjer Tagħna (1987), fil-ktieb ta’ novelliTlaqna Għal Rasna (1989) u fil-ktejjeb ta’ poeżiji Disgħa għal Disgħa (1995). Poeżija ta’ Galea ġew mitbugħa fl-antoloġijaIl-Poeżija Maltija (1996) u novella fil-ktieb L-Ambjent tal-Pinna (1996). Mill-1990 ħareġ diversi kotba ta’ riċerka fosthom Ma’ Sebħ is-Seklu(1990),  Is-Sedizzjoni(1999), u fis-sena 2000, il-ktieb dwar personalitajiet politici, Mexxejja, Ħassieba u Deputati Laburisti (1920-2000). Francis Galea huwa l-awtur tal-ktieb-manwal, Koperattivi – Twaqqif u Tmexxija li gie mitbugħ fl-2002. Fl-istess sena ppubblika l-ktieb ta’ riċerka Malta fdal Atlantis, studju dwar l-arkeologija, l-geologija u l-geografija tal-gżejjer Maltin sa minn żmien il-qedem.

Francis Galea ppubblika wkoll tliet kotba ta’ riċerka dwar diversi baned u l-ħajja soċjali tar-raħal tagħhom, fosthom Ħal Luqa u l-Banda tagħha l-Unjoni (2005), Belt u Banda De Rohan (2010) u Miż-Żejtun: L-Għaqda Banda Żejtun (2010). Fl-2007 ippubblika l-bijografija Juan Mamo: Ħajtu u Ħilietu. Din is-sena l-2012 Francis Galea flimkien ma’ Mark Montebello ħareġ il-ktieb Manwel Dimech – Aphorisms: Wisdom of a Philosopher in Exile. Imbagħad, f’Diċembru 2012 ippubblika ktieb ieħor ta’ riċerka bl-isem L-Istorja tal-Koperattivi f’Malta.

Bijografija ta’ Galea tidher fil-ktieb Dizzjunarju ta’ Kittieba Maltin u Għawdxin: Il-Bieraħ u llum (1995), kif ukoll fil-ktieb Maltese Biographies of the Twentieth Century (1997) li fih Galea huwa kontributur. Francis Galea kiseb id-Diploma fil-ġurnaliżmu fl-Universita` ta’ Malta. Huwa ilu editur tal-paġna letterarja tal-ġurnal it-Torċa mill-1987.

Xogħlijiet ippubblikati ta’ Francis Galea   

1.       Bugħawwieġ (1975)

2.       Turġien (1983)

3.       Kronokoppja (1983)

4.       Ma’ Sebħ is-Seklu (1990)

5.       Erba’ Snin (1998)

6.       Is-Sedizzjoni (1999)

7.       Mexxejja, Ħassieba u Deputati Laburisti (2000)

8.       Malta Fdal Atlantis (2002)

9.       Koperattivi Twaqqif u Tmexxija (2002)

10.     Ħal Luqa u l-Banda tagħha L-Unjoni (2005)

11.     Juan Mamo: Ħajtu u Ħilietu (2007)

12.     Belt u Banda De Rohan (2010)

13.     Miż-Żejtun:  L-Għaqda Banda Żejtun (2010)

14.     Freddie Micallef: Il-Bniedem u l-Politiku (2012)

15.     Manwel Dimech – Aphorisms: Wisdom of a Philosopher in Exile (2012)

16.     L-Istorja tal-Koperattivi f’Malta (2012)

Xogħlijiet oħrajn:
Żerniq u Għabex (1971), Fid-Dlam id-Dawl (1971), Dilemma (1972), Kaleidoscope of Verses (1974), Il-Gżejjer Tagħna (1987), Tlaqna għal Rasna (1989), Disgħa għal Disgħa (1995), L-Ambjent fil-Pinna (1996), Il-Poeżija Maltija (1996), Jiflu Żmienhom (2003), Il-Kelma li Tmantni r-Ruħ (2004), Il-Mosta: Żminijietha u Niesha (2008), Mintoff: Il-Bniedem u l-Istorja (2012)
Jissemma’ f’bijografiji:
Dizzjunarju ta’ Kittieba Maltin u Għawdxin: Il-Bieraħ u Llum (1995)
Maltese Biographies of the Twentieth Century (1997)
(F’dan il-ktieb F.G. huwa wkoll kontributur.)