Description
George huwa raġel tal-familja, dħuli, qalbu tajba, iħobblil ta’ madwaru u dejjem lest biex jgħin, raġel eżemplari; Ilu ’l fuq minn erbgħin sena miżżewweġ u huwa u martu, Alla jbierek, għadhom qishom żewġ namrati.
Id-dimensja tidħol f’nofshom u d-dinja tiegħu tinbidel. Ma’ dinjietu tinbidel ukoll dik ta’ martu u tal-għeżież tiegħu.
Kif iġġib ruħha Carmen, mart George, għal għemilu meta d-dimensja tibda tiggrava?
Kif tispiċċa jew kif tkompli l-imħabba ta’ George u Carmen?
Idħol fl-istorja u idħol fl-esperjenza.