Description
“Ma rridx inkun għext għalxejn bħall-biċċa l-kbira tan-nies. Irrid inkun utli u nferraħ lill-bnedmin kollha, saħansitra dwak li qatt ma ltqajt magħhom. Irrid nibqa’ ngħix wara mewti!”
5 ta’ April 1944
Dan Id-Djarju ta’ Tfajla jew kif inhu iżjed magħruf, Id-Djarju ta’ Anne Frank, hu maqlub għall-Malti mill-verżjoni ingliża ta’Susan Massotty minn Mary Rose Mifsud.
Dan il-ktieb jinkludi it-test innifsu tad-Djarju ta’ Anne Frank kif ġie editjat minn Otto Frank u Mirjam Pressler u ppreżentat fl-edizzjoni definittiva li ħarġet fl-2007, fl-okkażjoni tas-sittin anniversarju tal-ewwel publikazzjoni tiegħu fl-1947.