Description
1.mt xogħol għad-dar huwa maħsub għal dawk l-istudenti li għandhom għal qalbhom il-grammatika Maltija. L-eżerċizzji ta’ dan il-ktieb jitilqu kollha minn spunt grammatikali fil-ktieb 1.mt. B’kollox hemm 9 taqsimiet u kull taqsima għandha 10 eżerċizzji varjati (minn fittiexa sa imla l-vojt, kompli jew qabbel) u maħsuba apposta għall-istudenti tal-ewwel sena tal-iskejjel tas-sekondarja.
L-attivitajiet ta’ dan il-ktieb huma xierqa għall-istudenti biex ikomplu jsaħħu l-ħiliet grammatikali li bihom huwa msawwar ilsienna.







