4.mt xogħol għad-dar

9789990914443
Paperback

Description

4.mt xogħol għad-dar  huwa l-aħħar ktieb fis-serje .mt.  Dan il-ktieb huwa adattat għall-istudenti tar-raba’ sena fis-sekondarja u anki għal dawk l-istudenti li jridu jagħmlu reviżjoni tal-iktar punti importanti tal-grammatika.  Fost il-punti grammatikali hemm il-forom tal-verbi, il-partiċipju attiv u passiv u l-pronomi diretti u indiretti.  Kull taqsima għandha 10 eżerċizzji varjati ħafna.  Uħud minnhom ħfief u oħrajn jirrikjedu ftit iktar taħbil il-moħħ.  Xi eżerċizzji jitilqu minn storja miktuba jew magħżula apposta għal dan il-ktieb, oħrajn jitilqu minn logħba.  Fih ħafna ħidma, imma nispera li l-istudenti ma jaqtgħux qalbhom mal-ewwel intopp iżda jiħduh bħala sfida li bi ftit paċenzja u ħafna rieda jagħrfu jegħlbuha.

4.mt xogħol għad-dar huwa għodda tajba għal dawk l-istudenti kollha li jixtiequ jkomplu jsaħħu l-lingwa nattiva tagħhom.

Additional information

Weight 290.0000 g
Dimensions 29.7 × 21 cm
Pages 80
ISBN 9789990914443
Cover
Year of publication

Product categories and tags

SKU: 9789990914443 Categories:

You may also like…