3.mt

978-99909-141-6-0
Paperback

In stock

Description

3.mt huwa t-tielet ktieb fis-serje .mt magħmul għall-istudenti tat-tielet sena fis-sekondarja. Bħall-kotba l-oħra tal-istess serje, kull taqsima titlaq minn storja jew rakkont, minn ġrajja, aħbar jew argument. Uħud huma miktubin apposta għal dan il-ktieb u xi ftit oħra huma meħuda minn kotba differenti. It-temi jvarjaw bħalma jvarjaw il-ġeneri. Marbut ma’ kull silta hemm sett ta’ mistoqsijiet li għandhom iqanqlu diskussjoni u riflessjoni. Kull taqsima (tmienja b’kollox) se tghin lill-istudenti fil-ħiliet tal-qari (permezz tat-taħriġ il-fehem), tat-taħdit (permezz tad-diskussjoni u l-prezentazzjoni fil-klassi), tas-smigħ (permezz tal-podcast) u tal-kitba. Apparti hekk, it-taqsimiet għandhom ukoll iqajmu interess għall-għarfien kulturali li jmur lil hinn minn dak ta’ pajjizna, kif ukoll għall-għarfien grammatikali, sintattiku u ortografiku.

Dan il-ktieb għandu jgħin lill-istudenti jżommu portfolju tal-Malti, bil-kitbiet tagħhom, bil-poeżiji, bil-mistoqsijiet u t-tweġibiet, bir-riċerka dwar topiks kulturali u topiks għad-diskussjoni, bl-eżeċizzji grammatikali, bir-riflessjonijiet u l-ideat tagħhom rigward it-tagħlim tal-lingwa nattiva.

Additional information

Weight 525.0000 g
Dimensions 27.0 × 22.0 cm
Publisher
Pages 132
ISBN 978-99909-141-6-0
Cover
Year of publication

Product categories and tags

SKU: 9789990914160 Categories: Tags: