Description
3.mt xogħol għad-dar huwa maħsub għal dawk l-istudenti li għandhom għal qalbhom il-grammatika Maltija. Dawn l-eżerċizzji jitilqu kollha minn spunti grammatikali fil-ktieb 3.mt. It-topiks trattati f’dan il-ktieb huma dawn: l-istat kostrutt, in-nomi astratti, in-nomi diminuttivi, in-nomi mimmati, in-nomi tal-aġent u tal-pazjent, il-verbi tal-ewwel forma, tat-tieni forma, tat-tielet forma, tal-ħames forma u tas-sitt forma, il-verbi mnisslin. Kull taqsima għandha fiha 10 eżerċizzji varjati ħafna. Permezz ta’ dan il-ktieb l-istudenti se jieħdu gost jaħdmu l-eżerċizzji tal-grammatika filwaqt li jaqraw stejjer u poeżiji interessanti miktuba apposta għal dan il-ktieb.
3.mt xogħol għad-dar huwa maħsub għall-istudenti tat-tielet sena tal-iskejjel tas-sekondarja u l-attivitajiet kollha huma xierqa għall-istudenti biex ikomplu jsaħħu l-lingwa nattiva tagħhom.