Martin Morana
Martin Morana twieled u għex għal ħafna żmien il-Birgu. Studja l-Liċeo u ggradwa B.A. fl-Istorja mill-Università ta’ Malta. Fost suġġetti oħra waqt l-istudji tiegħu mess ħafna mas-suġġetti tal-Arkeoloġija u l-Antropoloġija tal-Mediterran. Ħadem għal bosta snin mad-Dipartiment tal-Mużewijiet Statali. Ilu jaħdem għal dawn l-aħħar għoxrin sena fl-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, fejn għal bosta snin kien promotur tal-prodott turistiku Malti ma’ mijiet ta’ nies tal-midja barranija. Għal dawn l-aħħar snin kien involut fl-organizzazzjoni ta’ ħafna avvenimenti fuq livell nazzjonali. Kiteb ukoll ħafna artikli fuq l-istorja ta’ Malta f’diversi pubblikazzjonijiet. Ħareġ ukoll żewġ monografi fuq riċerka li hu kien għamel, wieħed dwar l-Ipoġew u l-ieħor dwar Għar Dalam. Morana hu wkoll gwida liċenzjat f’diversi lingwi.
Martin Morana ħareġ il-ktieb Bejn Kliem u Storja fl-2011 u fl-2012 ħareġ Ara x’Int Tgħid. Biex il-Kliem Ikun Sew ġie ppubblikat fl-2014. Dawn it-tliet kotba huma kollha relatati ma’ kliem antik Malti u s-sinifikat tiegħu matul iż-żmien.
Showing all 7 resultsSorted by latest
-

L-Imnara Vol. 13 Nru 2, Ħarġa Nru 49
€5.95 Add to basket -

L-Imnara Vol. 13 Nru 1, Ħarġa Nru 48
€5.95 Add to basket -

L-Imnara Vol. 12 Nru 4, Ħarġa Nru 47
€5.95 Add to basket -

Sett ta’ tliet kotba ta’ Martin Morana
€44.85 Read more -

Biex il-kliem ikun sew
€14.95 Add to basket -

Ara x’Int Tgħid
€14.95 Add to basket -

Bejn Kliem u Storja
€14.95 Read more
Showing all 7 resultsSorted by latest
