Bejn Kliem u Storja

Glossarju Enciklopediku dwar Tradizzjonijiet - Toponimi - Termini Storici Maltin

978-99957-0137-6
Paperback

Out of stock

Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

Matul dawn l-aħħar 7000 sena għexu fil-gżejjer Maltin bosta popli. L-istorja ta’ dawn in-nies kienet dokumentata bil-kitba matul l-aħħar 2,700. Il-perijodu li jmur lura fiż-żmien aktar minn hekk nistgħu nifmuh  mill-iskavi u studji arkeoloġiċi.

Matul dan iż-żmien kollu, l-abitanti ħtiġilhom jikkomunikaw mhux biss ma’ xulxin, iżda wkoll mal-barranin minħabba raġunijiet ta’ kummerċ, amministrazzjoni u gwerer. Hekk kif matul is-sekli, il-kuntatt mal-barranin kompla jiżdied, żdied wkoll it-taħlit tal-ilsna, u għaldaqstant kiber ukoll il-vokabularju wżat skont l-ħsibijiet u l-bżonnijiet li dawn il-barranin ġabu magħhom.

L-ilsien Malti llum hu mogħni b’vokabularju ta’ termini u appellattivi, wirt tanġibli tal-istorja ta’ dawk kollha li ġew qabilna. Matul is-sekli li għaddew il-Maltin  issoċjalizzaw  mal-barranin f’oqsma differenti tal-ħajja.  F’Malta kien hawn baħħara, sajjieda, artiġjana, nutara, rħieb u qassisin, suldati u skjavi ta’ kull ġens. Lil hinn mill-Belt kapitali u l-port kien hemm il-bdiewa u r-raħħala li żammew  aktar mal-lingwa semitika minn dawk l-abitanti ta’ madwar il-port.  Dawn kollha kienu immexxija mill-ħakkiema, l-aktar barranin, li introduċew is-sistema amministrattiva tagħhom.

Meta niflu d-dizzjunarji tal-Malti u naqraw l-ismijiet u l-appellattivi ta’ ħafna oġġetti u suġġetti tal-passat, ninnutaw li dawn  jinkludu bosta referenzi ta’ kliem li ntużaw minn dawn in-nies li semmejna. ħafna minn dawn il-kliem qdiemu u saru klassifikati mal-kliem arkajku li jekk  tażżarda tuzahom jidhqu bik.  Kliem ieħor intesa u gheb ghal-kollox.

F’dan il-ktieb ħsibt li niġbor ġabra mdaqqsa ta’ dawn il-kliem u temi ta’ suġġetti relatati mal-ħajja tal-imgħoddi. Wara li għarbilthom għal valur storiku, u kultant etimoloġiku tagħhom, ħsibt li nippreżentahom f’paragrafi żgħar, bħala kliem partikulari, l-aktar għax ħafna minnhom huma kliem li ma għadux jintuża.  Kull wieħed minn dawn is-suġġetti magħżula se jgħinna nifhmu aktar l-istorja soċjali tal-Maltin.  Fil-ktieb insibu wkoll espressjonijiet u idjomi li jistħoqqilhom wkoll tifsira, għax xi wħud minnhom għadhom jingħadu sal-lum , mingħajr ma kultant nafu it-tifsira vera u oriġinali  tagħhom.

Mas-suġġetti tal-istorja u l-kultura ta’ Malta, hemm imdaħħlin wkoll termini relatati mal-ambjent ta’ madwarna.  Dan hu importanti għaliex kien dan l-isfond naturali tal-pajsaġġ Malti li sostna lill-ġenerazzjonijiet sħaħ biex ikampaw u jirrimedjaw għall-ħajja iebsa tal-gżejjer  żgħar u ta’ ftit riżorsi. B’hekk f’dan il-ktieb inkunu dorna dawra mal-istorja ta’ Malta fuq it-tlett livelli differenti – l-istorja tal-ħakkiema, l-istorja tas-soċjetà u l-istorja tan-natura.

Din il-ġabra ta’ tifsiriet dwar kliem mill- jew tal-passat tagħmel parti mill-patrimonju Malti. Dan huwa dak il-patrimonju lingiwistiku u storiku, li bħall-esibiti magħmula minn biċċiet tal-fuħħar, statwi u oġġetti artistiċi oħra li jinsabu fil-mużewijiet,  jixraqlu wkoll ikun ppreservat u ppreżentat b’mod prominenti għalina u għal dawk li jiġu warajna.

Dan il-ktieb hu maħsub biex iservi ta’ glossarju enċiklopediku dwar l-istorja ta’ Malta bil-ġrajjiet u d-drawwiet li għaddiet minnhom. Il-ktieb fih mas-sitt mitt suġġett spjegat. Dawn imissu ma’ kull rokna tal-istorja u l-kultura ta’ Malta eż:

  • Termini agrikoli, militari, marittimi, ekkleżjastiċi u artiġjanali
  • Toponimi tal-ibliet, l-irħula u nħawi oħra
  • Idjomi, qwiel u skrizzjonijiet barranin
  • Drawwiet antiki mill-ħajja ta’ kuljum
  • Twemmin, leġġendi u folklor
  • Episodji partikolari mill-istorja
  • Kliem antik jew minsi
  • Kurżitajiet oħra

Additional information

Weight 540.0000 g
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher
Pages 256
ISBN 978-99957-0137-6
Cover
Year of publication
Author

Product categories and tags

You may also like…