Sett ta’ tliet kotba ta’ Martin Morana

Bejn kliem u storja - Ara x'int tgħid - Biex il-kliem ikun sew

Paperback

Out of stock

Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

Bejn kliem u storja

Matul dawn l-aħħar 7000 sena għexu fil-gżejjer Maltin bosta popli. L-istorja ta’ dawn in-nies kienet dokumentata bil-kitba matul l-aħħar 2,700. Il-perijodu li jmur lura fiż-żmien aktar minn hekk nistgħu nifmuh mill-iskavi u studji arkeoloġiċi.

Matul dan iż-żmien kollu, l-abitanti ħtiġilhom jikkomunikaw mhux biss ma’ xulxin, iżda wkoll mal-barranin minħabba raġunijiet ta’ kummerċ, amministrazzjoni u gwerer. Hekk kif matul is-sekli, il-kuntatt mal-barranin kompla jiżdied, żdied wkoll it-taħlit tal-ilsna, u għaldaqstant kiber ukoll il-vokabularju wżat skont l-ħsibijiet u l-bżonnijiet li dawn il-barranin ġabu magħhom.

L-ilsien Malti llum hu mogħni b’vokabularju ta’ termini u appellattivi, wirt tanġibli tal-istorja ta’ dawk kollha li ġew qabilna. Matul is-sekli li għaddew il-Maltin issoċjalizzaw mal-barranin f’oqsma differenti tal-ħajja. F’Malta kien hawn baħħara, sajjieda, artiġjana, nutara, rħieb u qassisin, suldati u skjavi ta’ kull ġens. Lil hinn mill-Belt kapitali u l-port kien hemm il-bdiewa u r-raħħala li żammew aktar mal-lingwa semitika minn dawk l-abitanti ta’ madwar il-port. Dawn kollha kienu immexxija mill-ħakkiema, l-aktar barranin, li introduċew is-sistema amministrattiva tagħhom.

Meta niflu d-dizzjunarji tal-Malti u naqraw l-ismijiet u l-appellattivi ta’ ħafna oġġetti u suġġetti tal-passat, ninnutaw li dawn jinkludu bosta referenzi ta’ kliem li ntużaw minn dawn in-nies li semmejna. ħafna minn dawn il-kliem qdiemu u saru klassifikati mal-kliem arkajku li jekk tażżarda tuzahom jidhqu bik. Kliem ieħor intesa u gheb ghal-kollox.

F’dan il-ktieb ħsibt li niġbor ġabra mdaqqsa ta’ dawn il-kliem u temi ta’ suġġetti relatati mal-ħajja tal-imgħoddi. Wara li għarbilthom għal valur storiku, u kultant etimoloġiku tagħhom, ħsibt li nippreżentahom f’paragrafi żgħar, bħala kliem partikulari, l-aktar għax ħafna minnhom huma kliem li ma għadux jintuża. Kull wieħed minn dawn is-suġġetti magħżula se jgħinna nifhmu aktar l-istorja soċjali tal-Maltin. Fil-ktieb insibu wkoll espressjonijiet u idjomi li jistħoqqilhom wkoll tifsira, għax xi wħud minnhom għadhom jingħadu sal-lum , mingħajr ma kultant nafu it-tifsira vera u oriġinali tagħhom.

Mas-suġġetti tal-istorja u l-kultura ta’ Malta, hemm imdaħħlin wkoll termini relatati mal-ambjent ta’ madwarna. Dan hu importanti għaliex kien dan l-isfond naturali tal-pajsaġġ Malti li sostna lill-ġenerazzjonijiet sħaħ biex ikampaw u jirrimedjaw għall-ħajja iebsa tal-gżejjer żgħar u ta’ ftit riżorsi. B’hekk f’dan il-ktieb inkunu dorna dawra mal-istorja ta’ Malta fuq it-tlett livelli differenti – l-istorja tal-ħakkiema, l-istorja tas-soċjetà u l-istorja tan-natura.

Din il-ġabra ta’ tifsiriet dwar kliem mill- jew tal-passat tagħmel parti mill-patrimonju Malti. Dan huwa dak il-patrimonju lingiwistiku u storiku, li bħall-esibiti magħmula minn biċċiet tal-fuħħar, statwi u oġġetti artistiċi oħra li jinsabu fil-mużewijiet, jixraqlu wkoll ikun ppreservat u ppreżentat b’mod prominenti għalina u għal dawk li jiġu warajna.

Dan il-ktieb hu maħsub biex iservi ta’ glossarju enċiklopediku dwar l-istorja ta’ Malta bil-ġrajjiet u d-drawwiet li għaddiet minnhom. Il-ktieb fih mas-sitt mitt suġġett spjegat. Dawn imissu ma’ kull rokna tal-istorja u l-kultura ta’ Malta eż:

  • Termini agrikoli, militari, marittimi, ekkleżjastiċi u artiġjanali
  • Toponimi tal-ibliet, l-irħula u nħawi oħra
  • Idjomi, qwiel u skrizzjonijiet barranin
  • Drawwiet antiki mill-ħajja ta’ kuljum
  • Twemmin, leġġendi u folklor
  • Episodji partikolari mill-istorja
  • Kliem antik jew minsi
  • Kurżitajiet oħra

Ara x’int tgħid ikompli fejn ħalla l-ktieb l-ieħor tal-istess awtur Bejn Kliem u Storja. Hu maħsub biex jibni glossarju enċilopediku illustrattiv li jagħti tagħrif dwar suġġetti u klime meħuda mill-istorja u kultura ta’ Malta, bil-karatteristiċi tagħha kollha.

Il-ktieb jiġbor mijiet ta’ suġġetti relatati ma’ kull qasam tal-ħajja u tal-mewt. Dawn huma miktuba f’paragrafi qosra li jidħlu fid-dettalji ta’ kull rokna tal-istorja u kultura ta’ dawn il-gżejjer.

Fil-ktieb insibu:

• Termini agrikoli, ekkleżjastiċi, artiġjnali, tal-kostruzzjoni, storiċi, artistiċi
• Toponimi tal-ibliet, l-irħula u nħawi oħra
• Idjomi u qwiel bit-tifsir tagħhom
• Drawwiet mill-ħajja tradizzjonali
• Twemmin, leġġendi u folklor
• Anedotti mill-istorja tal-Gzejjer Maltin

Il-ktieb jittratta mal-1,180 suġġett jew kelma mfissra. Fih ukoll mat-380 ritratt li jikkumplimentaw bosta minn dawn is-suġġetti

Biex il-kliem ikun sew

Dan il-ktieb ikompli mal-kotba BEJN KLIEM U STORJA u ARA X’INT TGĦID. Dan il-volum ikompli jibni l-glossarju enċiklopediku u illustrattiv billi jagġti tagħrif dwar suġġetti u kliem meħuda mill-istorja u l-kultura ta’ Malta.

Il-ktieb jiġbor mijiet ta’ suġġetti relatati ma’ kull qasam tal-ħajja. Danw huma miktuba f’paragrafi qosra li jidħlu fid-dettall ta’ kull rokna tal-istorja u l-kultura ta’ dawn il-gżejjer. Fil-ktieb insibu:

  • Kliem antik jew minsi
  • Termini storiċi, agrikoli, ekkleżjastiċi, artiġjanali, tal-kostruzzjoni, artiġjanali u oħrajn
  • It-toponimi tal-ibliet, l-irħula u nħawi oħra
  • Idjomi bit-tifsir tagħhom
  • Drawwiet mill-ħajja tradizzjonali
  • Twemmin, leġġendi u folklor
  • Aneddoti mill-istorja tal-gżejjer Maltin
  • Il-ktieb jittratta mat-800 suġġett. Fih ukoll mal-200 ritratt.

Last remaining copies

Additional information

Weight1630.0000 g
Author
Cover

Product categories and tags

You may also like…