Description
Ara x’Int Tgħid ikompli fejn ħalla l-ktieb l-ieħor tal-istess awtur Bejn Kliem u Storja. Hu maħsub biex jibni glossarju enċilopediku illustrattiv li jagħti tagħrif dwar suġġetti u klime meħuda mill-istorja u kultura ta’ Malta, bil-karatteristiċi tagħha kollha.
Il-ktieb jiġbor mijiet ta’ suġġetti relatati ma’ kull qasam tal-ħajja u tal-mewt. Dawn huma miktuba f’paragrafi qosra li jidħlu fid-dettalji ta’ kull rokna tal-istorja u kultura ta’ dawn il-gżejjer.
Fil-ktieb insibu:• Kliem antik jew minsi
-
- • Termini agrikoli, ekkleżjastiċi, artiġjnali, tal-kostruzzjoni, storiċi, artistiċi
-
- • Toponimi tal-ibliet, l-irħula u nħawi oħra
-
- • Idjomi u qwiel bit-tifsir tagħhom
-
- • Drawwiet mill-ħajja tradizzjonali
-
- • Twemmin, leġġendi u folklor
- • Anedotti mill-istorja tal-Gzejjer Maltin
Il-ktieb jittratta mal-1,180 suġġett jew kelma mfissra. Fih ukoll mat-380 ritratt li jikkumplimentaw bosta minn dawn is-suġġetti




