Il-Kultura Maltija

978-99932-741-3-1
Paperback

In stock

Description

L-apprezzament hu mibni fuq l-għarfien. Il-Kultura Maltija huwa xogħol li jixraqlu li jkun irrakkomandat liż-żgħażagħ, lill-studenti ta’ etajiet varji li qabel ma jħallu l-għeluq tal-iskola għandhom il-jedd u l-ħtieġa li jkunu jafu aħjar lil pajjiżhom b’tagħrif li mhux biss hu preċiż imma hu wkoll utli.

B’dan il-ktieb Fiona Mallia qiegħda turi kemm l-għalliema jagħtu kontribut kbir li mill-għeluq tal-klassi jista’, u b’kotba bħal dan għandu, jasal f’bosta djar Maltin f’Malta u kull fejn huma mxerrdin il-Maltin.

It-taqsimijiet tal-ktieb:

  • Ħajjet il-Bniedem
  • Attivitajiet ta’ matul is-sena
  • Mod Għajxien il-Poplu Malti
  • Ix-Xena Kulturali Maltija
  • Kittieba Maltin


Għal Fiona Mallia din it-tema tal-kultura Maltija għandha żewġ xejriet ewlenin:

Hi l-kultura ta’ pajjiż, ta’ stat u fuq kollox ta’ nazzjon;
Hi wkoll il-kultura ta’ ġemgħa ta’ abitanti, għadd ta’ nies ‘qodma’, li għandhom sa minn żmien ilu l-kredenzjali biex ikunu magħrufa mill-komunita’ dinjija bħala entita’ awtonoma, stat indipendenti, repubblika bħal kull waħda oħra.

Dan il-ktieb qatt ma jnessi l-fatt li ma hemmx Malta mingħajr il-Maltin, u lanqas ma hemm Maltin mingħajr Malta…

Jidher minnufih li Fiona Mallia tuża l-esperjenza u l-professjonalità tagħha kollha ta’ għalliema, kwalifikata kemm bħala edukatriċi u kemm bħala awtriċi li tħaddem il-kelma bil-għaqal u bir-rispett xieraq lejn il-qarrejja tagħha.

Il-kompetenza akkademika ta’ Fiona Mallia twassalha biex tikteb b’mod ċar, mirqum u pjaċevoli, bi stil li jakkompanja lill-qarrejja b’kortesija sħiħa minn paġna għal oħra, mingħajr skumdità u mingħajr telf ta’ interess.

It-tagħrif dwar tant oqsma varji tal-ħajja Maltija hu mogħti mhux biss b’ħila imma wkoll bi mħabba, b’rispett, bi stil komunikattiv li jwassal lill-qarrejja biex issa mhux biss ikunu jafu aktar dwar Malta, imma wkoll u fuq kollox biex issa japprezzawha aktar.

Additional information

Weight 325.0000 g
Dimensions 21 x 14.8 cm
Publisher
Pages 247
ISBN 978-99932-741-3-1
Cover
Year of publication
Author

Product categories and tags

SKU: 9789993274131 Categories: