Emilio Lombardi
Min kien EMILIO LOMBARDI?
Emilio Lombardi twieled fl-1881 u sa minn meta kellu ħmistax-il sena beda jħarreġ it-talent tal-kitba.
Kienu bosta l-kotba li kiteb u varji fis-suġġetti tagħhom. Kiteb kotba b’suġġett reliġjuż u oħrajn b’suġġett profan li fil-maġġuranza tagħhom huma rumanzi bbażati fuq fatt fl-istorja ta’ Malta jew ta’ pajjiżi oħra tad-dinja.
Fost il-kotba reliġjużi nsibu L-Istorja Sagra, miktub bħala rakkont tal-Bibbja, mill-bidu nett tal-ħolqien tad-dinja sal-miġja ta’ Sidna Ġesù Kristu. Insibu wkoll fost il-kotba reliġjużi Il-Ħajja ta’ Kristu u l-Passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu, L-Istorja tal-Knisja u L-Ħajja ta’ Missierna San Pawl.
U min qatt ma sema’ bil-kittieb Emilio Lombardi bħala rumanzier? Ir-rumanzi tiegħu huma magħrufa sewwa speċjalment fost dawk ta’ età medja u l-anzjani, għax sa minn età żgħira, beda jistampa huwa stess, dawk il-kotba li kien jikteb u jxerred fost il-qarrejja tal-Malti, kotba sbieħ għal idejn kulħadd. Huwa kien ibigħ dawn il-kotba taħt forma ta’ faxxikli u jqassamhom bieb bieb lill-abbonati. Fost dawn il-kotba li jgħoddu ’l fuq minn tmenin, wieħed biżżejjed isemmi L-Għama ta’ Lourdes, Is-Sigriet tal-Qrar, L-Iltiema u L-Għamja li nqraw għal diversi drabi fuq il-mezzi tax-xandir.
Għalkemm l-ilsien Malti kien għadu ma jinkitibx kif nafuh illum, Emilio Lombardi qatt ma qata’ qalbu jikteb dawn ir-rumanzi, filwaqt li dejjem żamm ir-regoli tal-kitba kif kienu jafuhom dak iż-żmien. Iktar tard, xi wħud mir-rumanzi tiegħu reġgħu ġew stampati bil-Malti tal-Għaqda, kif kienu jsejħulu, jiġifieri kif jinkiteb illum.
Huwa dam jikteb għal ħamsin sena sħaħ u l-aħħar ktieb tiegħu kitbu fl-1946. Dan kien jismu L-Forza tad-Destin li ġie stampat fl-1950.
Emilio Lombardi miet f’Ġunju ta’ l-1956. Huwa qatt ma kellu idea kbira tiegħu nnifsu. Huwa kien umli u kien isejjaħ xogħlu ‘x-xogħol miżeru tiegħi’ u kien jiffirma fid-daħla tal-kotba tiegħu ‘Id-dilettant Emilio Lombardi’.
Min hu l-Editur tar-rumanzi ta’ Emilio Lombardi?
Salvinu Lombardi, huwa n-neputi ta’ Emilio Lombardi (1881-1956).
Twieled f’Tas-Sliema fl-1939. Wara l-Liceo huwa daħal apprendista fit-Tarzna bħala ‘Shipwright’, fejn dam sitt snin. Fl-1960 impjega ruħu bħala skrivan fis-Servizz Ċivili. Hawn baqa’ tiela’ minn grad għall-ieħor sakemm sar ‘Principal’.
Salvinu illum huwa rtirat u medhi bir-rumanzi ta’ nannuh għax jinsab ħerqan li jippubblika kemm jista’ minnhom. Ir-rumanzi ta’ Emilio Lombardi huma tajbin għall-kbar u għaż-żgħar u fihom ħafna tagħlim storiku, soċjali u morali.
Showing 1–16 of 42 resultsSorted by latest
-

Marziale
€7.00 Add to basket -

Tghallaq u baqa’ haj
Original price was: €5.95.€2.99Current price is: €2.99. Read more -

Battista sett ta’ zewg kotba
Original price was: €23.90.€10.00Current price is: €10.00. Read more -

Battista t-Tieni Ktieb
Original price was: €11.95.€5.00Current price is: €5.00. Read more -

Battista L-Ewwel Ktieb
Original price was: €11.95.€5.00Current price is: €5.00. Add to basket -

L-Assassin ta’ Chiara Guerin
Original price was: €13.95.€5.00Current price is: €5.00. Read more -

Saverja
€9.95 Read more -

Elizier u Naida
€7.95 Read more -

Bint l-Ikkundannat bla Ħtija
€11.95 Read more -

Antonietta jew Il-Misteru ta’ Monte Carlo
€8.95 Read more -

Il-Misteri ta’ Rdum il-Madliena
€12.95 Read more -

Annie
€8.95 Read more -

Ċeċilja – Bint il-Bojja ta’ Torin
€9.50 Read more -

Gabriella – bint ir-re tal-ħallelin
€7.50 Read more -

L-Għamja jew Bin l-Assassin ta’ l-Imdina
€8.95 Read more -

Beatrice – il-vittma tat-tradiment
€8.95 Read more
Showing 1–16 of 42 resultsSorted by latest
