Description
Valerju kien bniedem aħrax u ma ħalliex lil bintu tiżżewweġ lil min ħabbet hi, imma ried assolutament iżewwiġha lil wieħed ħabib tiegħu, Mose, li Saverja xejn ma kellha grazzja miegħu.
Dan wassal lil Saverja li taħrab minn dar missierha u tiżżewweġ bil-moħbi tiegħu lil Marċellu, ġuvni pulit u edukat. Imma l-persekuzzjoni li sofrew dawn iż-żewġ maħbubin minn Valerju u Mose, wasslithom biex jagħmlu delitti oħra ma’ dawk li kienu ġa għamlu qabel.
X’sofrew Saverja u Marċellu mħabba l-għatx tal-vendetta li kellu Mose, għaliex Saverja ma laqgħetx it-talba tiegħu?
Imma x’ġiegħel lil Valerju li jissieħeb ma’ Mose fil-vendetta kontra bintu stess?
Aqraw dan ir-rumanz sabih u kommoventi u taraw sa fejn jista’ jwassal l-għawi ta’ bniedem li jkunu xi jkunu l-konsegwenzi, ikun irid jilħaq il-ħsieb ta’ rasu.
Ta’ min jgħid ukoll li dan ir-rumanz huwa segwitu ta’ Martina jew il-Misteri ta’ Għar Ħasan li reġa’ ġie ppubblikat fl-2005.
