Elizier u Naida

978-99957-335-0-6
Paperback

In stock

Description

Il-Feniċi, kull fejn kienu jmiddu saqajhom kienu jwaqqfu saltna li tkun indipendenti minn kull saltna oħra tal-Feniċi. Malta wkoll kienet taħt il-ħakma tal-Feniċi u għalhekk, kif insibu fl-istorja ta’ gżiritna, disa’ mitt sena qabel Kristu f’Malta kien jirrenja r-re Batto I. Ir-re Batto I kien bniedem mill-aħjar, imma xorta kellu l-għedewwa tiegħu u wieħed minn dawn l-għedewwa tiegħu kien l-akbar ħabib tiegħu, Boabdill. Dan irnexxielu jxewwex lill-poplu kontra r-re sakemm saret rewwixta u r-re ġie maqtul.

Ir-renju ta’ Boabdill kien fih ħafna atroċitajiet u qatel lill-membri tal-familja ta’ Batto minbarra lil iben ir-re li kien jismu bħal missieru. Il-prinċep Batto ġie mħarrab minn Liċja, xebba mrobbija mill-furbani li f’dawk iż-żminijiet kienu jitlajjaw madwar il-gżira tagħna. Liċja ħadet lil Batto għand il-furbani u dawn, meta semgħu l-istorja tiegħu, ħalfu li għada pitgħada jitħallsu minn Boabdill u jagħtu s-saltna mill-ġdid lill-prinċep Batto.

Tgħid jirnexxilhom?

Dan ir-rumanz fih ukoll storja ta’ mħabba bejn ġuvni u xebba, Eliżier u Naida, li għalkemm fi żminijiet tant primittivi, kellhom lealtà kbira lejn xulxin, tant li kienu lesti li jissagrifikaw l-imħabba tagħhom għal xulxin.

Additional information

Weight 345.0000 g
Dimensions 21 x 14.8 cm
Publisher
Pages 192
ISBN 978-99957-335-0-6
Cover
Year of publication
Author

Product categories and tags

SKU: 9789995733506 Categories: Tags: