Description
Din l-istorja toħodna ġewwa Turin, fejn wara tant snin ta’ stennija, il-Konti Eusebio u martu Adalġiża kellhom l-ewwel wild tagħhom, Albino, li kellu jkun l-eredi tal-ġid kollu ta’ missieru. Sfortunatament, dan il-ferħ ma damx ma ra tmiemu għaliex il-Konti ġie maqtul mill-għaqda tal-briganti, li kien qiegħed jaħdem biex jeqred, u martu ma damitx ma mietet bl-għali tiegħu. Albino kellu jsib mod kif ifendi għal rasu iżda lill-ġenituri tiegħu ma nsiehom qatt u ta’ spiss kien imur iżurhom ġewwa ċ-cimiterju.
Kienet proprju waqt waħda minn dawn iż-żjajjar li lemaħ xbejba tibki biki li jaqsamlek qalbek. Albino mill-ewwel inġibed lejha biex isabbarha. Huwa sab li kien jisimha Teodolika u li d-dwejjaq tagħha ma kinux biss minħabba n-nuqqas t’ommha. X’kien għaddej minn ħajjet dik ittfajla? X’kien il-pjan tal-waħx li kellha tgħaddi minnu Teodolika sabiex tkun tista’ tiżżewweġ lill-maħbub ta’ qalbha? Dan kien l-aħħar taqtigħ ta’ qalb għal din il-koppja? U minn xiex għaddiet Ġustina minħabba żewġha Bernardo? Dan kollu ssiru tafuh jekk taqraw dan ir-rumanz kommoventi għall-aħħar.