Description
Ġibda ewlenija bħalma hi l-imhabba għandha warajha storja twila li matulha l-bniedem mhux biss għexha u caħadha imam ħaseb u kiteb dwarha minn kull angolu. Hi verżjoni reliġjuża, daqskemm psikoloġika, fiżika, politika, soċjali, subliminali daqskemm esperjenzjali, u l-bqija. B’kompetenzi differenti, fi żminijiet varji, f’kulturi differenti, professjonisti daqskemm nies ta’ esperjenza fittxu li jiddefinuha u jirrenduha sfida prattika.
F’dan il-ktieb Dr. Renald Blundell jgħaqqaddawn ix-xejriet kollha fimkien biex, bħallikieku taħt lenti, jgħarbel l-imhabba bħala kunċett, istint, għazla u kolloxma’ kollox, esperjenza fundamentali. Huwa jħares lejha minn naħiet differenti, u jikkonfrontha ma’punti ta’ riferiment differenti: mill-bniedem sal-annimal, mill-ħlejjaq naturali sal-oġġetti. B’taħlita kontinwa ta’ esperjenza proffesjonali u perċezzjoni mibnija fuq it-tiġrib ta’ kuljum, bi stil li huwa kemm mirqum daqskemm sikwiet dirett u konversazzjonali, huwa jipprovdi manwali li għandu jkun ta’ fejda kemm lill-għalliema, lill-edukaturi ċivili daqsekemm reliġjużi, kif ukoll lin-nies ulill-irġiel medji li jixtiequ jiksbu għarfien sod u prattiku ta’ sfida li kull persuna ma tistax ma tiltaqax maħhha f’għamla jew f’oħra, fi staġun jew f-iehor tal-ħajja.
Dr. Blundell qiegħed jagħti kontribut tassew siewi billi jħaddem il-lingwa tal-pajjiż biex il-qarrejja Maltin ikollhom ktieb li jipprovdi perspettivi, pariri u metodi dwar kif wieħed jifhem x’inhi l-imħabba u kif jista’ jagħrafha fih innifsu daqskemm fl-oħrajn madwaru. Dr. Blundell ma jonqos qatt li jkun prattiku u realistiku, waqt li jevita spekulazzjoni u diskors astratt li f’xogħol bħal dan jistgħu jtellfu l-qari u jnaqqsu l-utilita’. Huwa test eżemplari ta’ akkademiku li jhoss id-dmir u l-ħtiega li jqassam l-għarfien professjonali tiegħu ma’ pubbliku wiesa’, ta’ kull eta’, li jista jsib ktieb bħal danutli fil proċess ta’ għażla, ħbiberija, relazzjoni u l-bqija.
