Żiffa Mqarba f’Ħal Buffura

9789995767105
Paperback

In stock

Description

F’Ħal Buffura kienu qed jiġru ħwejjeġ strambi…
 
In-nies ta’ Ħal Buffura kienu medhijin wisq fil-ħiliet tagħhom f’dan ir-raħal immelles mir-riħ. 
 
Renè ma kellux minn dawn it-talenti. Lanqas ma kien jaf ikanta bħal ħutu Dora u Miranda. Ħabbel moħħu kemm-il darba x’jista’ jagħmel biex jibqa’ mfakkar. U kien f’mument bħal dan li ġiet iżżuru żiffa riħ, tellfitu milli jaħseb u fixklitu milli jibqa’ sejjer għal triqtu.
 
Is-Sindku ta’ Ħal Buffura kien qed jitħabat wisq. Jeħtieġ li jiġbed it-turisti f’dar-raħal ħalli jiżdied il-kummerċ… biex ħadd ma jsir jaf min hu tassew…
 
Iżda f’Ħal Buffura, li ħa ismu mill-irjieħ li kienu jżuruh, l-arja ma kellhiex kwiet. Xi ħadd kien qed iqajjem riħ, buffura jew riefnu f’ħin bla waqt. 
 
X’riedu dawn il-buffuri? 
Min kien qed iqajjimhom? 
Tgħid xi żiffa mqarba?
 

Additional information

Weight 150.0000 g
Dimensions 19.5 x 12.5 cm
Publisher
Pages 128
ISBN 9789995767105
Cover
Year of publication

Product categories and tags

SKU: 9789995767105 Categories: