Description
F’dan it-tieni ktieb dwar l-istejjer inkredibbli li jseħħu fil-klassi ta’ Miss Ambrożja Pulis Kiftaranipenġini, Odette, Owen u Massimo jsibu ruħhom priġunieri tar-re formidabbli .Zekivar Zvi Zoldek bin Zefulun
It-tlett itfal iridu jgħaddu minn prova diffiċli biex forsi jiksbu l-libertà tagħhom.
Fi triqthom għal għand ir-re jisimgħu ħafna affarijiet dwaru … imma tgħid kollha vera? Min minnhom jirnexxilu jirbaħ l-isfida?
Odette, Owen u Massimo jgħaddu minn avventuri tal-ġenn, imma bħalma ġara fl-ewwel ktieb, il-ħin kollu jibqgħu fil-klassi! Għax Miss Ambrożja saħħara … Shhhhhhhhhhhhhhh!