Description
Limited edition
Din il-pubblikazzjoni hija damma ta’ ftit aktar minn 9,400 toponimu li jinsabu fil-gżira ta’ Għawdex. Dawn ġew miġbura minn aktar minn 65 sors differenti. Dawn is-sorsi jinkludu dokumenti u rapporti, mapep u survey sheets, erba’ dizzjunarji (id-Damma ta’ Agius de Soldanis; il-Lexicon ta’ Mikiel Anton Vassalli; il-Miklem ta’ Erin Serracino Inglott u d-dizzjunarju ta’ Aquilina), u mir-Reġistru tal-Artijiet kif jidher ippublikat fil-Gażżetta tal-Gvern bejn is-snin 1982 u 2019. B’kollox ġew miflija aktar minn tnejn u għoxrin elf applikazzjoni, li minnhom ħarġu aktar minn 4000 toponimu differenti.
Dan il-ktieb jikkonsisti f’żewġ taqsimiet ewlenin. L-ewwel parti (minn paġna 1 sa paġna 475) nsibu din id-damma ta’ ftit aktar minn 9,400 toponimu f’ordni alfabetika. Għal kull isem ta’ post, tingħata din l-informazzjoni addizzjonali:
- il-lokalità fejn jinsab (skont is-sors jew is-sorsi)
- id-deskrizzjoni tal-isem (skont is-sors jew is-sorsi)
- l-eqdem sors bid-data miktub f’forma ta’ taqsira (abbrevjazzjoni) u
- fil-parentesi, in-numru ta’ sorsi li jirreferu għal dak l-isem
It-tieni parti tikkonsisti f’listi alfabetiċi ta’ toponimi ta’ kull lokalità f’Għawdex, b’kollox erbatax. Din hija meħtieġa għax tista’ tintuża bħala l-punt ta’ tluq għal riċerka usa’ f’kull lokalità. Nsemmi biss xi affarijiet li jistgħu jiġu irriċerkati: liema huma dawk it-toponimi li ntilfu mill-memorja kollettiva tal-Għawdxin; u liemu huma dawk it-toponimi li mhumiex f’dawn il-listi għax sa issa qatt ma ġew dokumentati f’xi ktiba. Hawnhekk naraw l-importanza tas-sorsi orali fl-istudju tat-toponomastika.
It-tielet parti hija tagħrif qasir fuq is-sorsi kollha li ntużaw biex setgħet tinġabar din id-damma. Wara nsibu lista tad-deskrizzjonijiet u indiċi ta’ xi lessemi ewlenin u/jew interessanti.
–
Publications exclusively about toponymy are quite rare in recent Melitensia publications. The last two publications date back to the year 2000. These are authored by Prof.G.Wettinger and Dr.J.Zammit Ciantar.
The author Simon Salafia, a graduate in electrical engineering, has widened his interests to languages (Maltese, Spanish and Catalan) and historical research. In the author’s own words, “this book is the result of the present Covid situation – tourism and guiding vanished. And no work implied more free time. During the last seven months I just wanted to finish my bits and pieces from different sources to publish this book.
These well-nigh six hundred pages offer over nine thousand toponyms, also classified according to locality, through the perusal of an impressive range of sources. Details of the locations and descriptions are included.
View more from the author:
Researcher discovers the names of almost one thousand valleys around Maltese islands